Meta persuni jiddeciedu li jbieghu propjeta, specjalment minn mhux midhla tas-suq, normali li ikun hemm hafna dubji dwar jekk il- prezz huwiex xieraq u jekk il- mument hux tajjeb biex wiehed ibiegh . Fl- ahhar tal- gurnata l-enfazi se tkun fuq kemm ser idahhlu flus fil-but mill bejgh tal-propjeta. L-ghazla tal- prezz hija decizjoni krucjali u ghalhekk ta’ min wiehed jikkunsidra hafna fatturi u jiehu parir minghand agent jew agenti li ghandom fiducja fihom. Certu affarijiet jew dubji jistaw ikunu t’intopp u jtellfu milli propjeta tinbiegh malajr, jew jekk fuq kollox tinbieghx
1. Jekk nibqa nistenna tigi offerta ahjar ... ?!
![](https://static.wixstatic.com/media/a27d24_0cb27209d5464beda8246c5bbc5c113d~mv2.jpg/v1/fill/w_690,h_483,al_c,q_80,enc_auto/a27d24_0cb27209d5464beda8246c5bbc5c113d~mv2.jpg)
Importanti li wiehed jizen sew pero' ma jhallix hsibijiet hziena jtellfuh milli jaghmel ragunament tajjeb u decizjoni cara. Kulhadd jibda jimmagina xenarju fejn ikun hemm hafna nies iridu il-propjeta tieghu u se joqghodu jghollu l-prezz sabiex jiggieldu ghaliha, qisek qed taghmel irkant!
Fil-verita tant sar hawn propjeta fuq is-suq li hafna drabi ix-xerrej tant ikollu minn fej jaghzel li facilment jista jwarrab propjeta u jsib ohra fi zmien qasir specjalment jekk il- bejjiegh jibda jkun difficli jew jilghab bil- prezzijiet. Ma hemm l- ebda regola generali pero bniedem irid iqis, specjalment meta se jbiegh propjeta biex jixtri ohra, li bhal ma’l- propjeta tieghu qeda toghla fil-valur maz-zmien, hekk ukoll qed joghlew il-valuri tal- propjeta li se jkun qed jixtri.
Ahna parti mis-suq u hafna drabi l-prezz tas-suq jiddetta. Jekk tigbor il-prezz li tkun tlabt jew vicin wiehed ghandu jaghlaq in- negozju u jbiegh il- propjeta :-) Importanti wkoll barra l-prezz, il-kundizzjonijiet li wiehed jintrabat bihom waqt il-bejgh. Dawn jistu jvarjaw minn ftiehem ghall-iehor. F’dan il-kaz l-agent u n-nutar jistghu jghinu.
2. Jekk ikolli xerrejja interessati mil- ewwel ifisser li l- prezz ghamiltu baxx wisq u armejtha il- propjeta' ?
![](https://static.wixstatic.com/media/a27d24_16c35579e64a4d439a7cfe71d1748850~mv2.jpg/v1/fill/w_900,h_582,al_c,q_85,enc_auto/a27d24_16c35579e64a4d439a7cfe71d1748850~mv2.jpg)
Huwa komuni hafna li meta propjeta gdida titpogga fuq is- suq, ikun hemm certu nteress fuqha u l-agenti tal- propjeta iressqu mill-ewwel xerrejja li jkunu nteressati. Hafna drabi jaf ikun hemm offerta fuq il-propjeta fl- ewwel ftit granet jew anke xerrej li lest jixtriha bil- prezz mitlub u hawnhekk normali li sid tal- propjeta jiguh id- dubji ...
Bhal ma jghid il- Malti "ahjar ghasfur f' idek milli mija fl- ajru" u ghalhekk jekk ikun gie iffissat prezz tal- propjeta li wiehed kien kuntent bih ma ghandux jitqies bhala xi haga negattiva anzi xi haga pozittiva li jsir bejgh malajr.
3. Min jaf jekk hux ahjar naghmel il- prezz izjed gholi halli jkolli fejn ninnegozja ?!
![](https://static.wixstatic.com/media/a27d24_1e26198ed5174ec68ecda5a949e61b89~mv2.jpg/v1/fill/w_506,h_334,al_c,q_80,enc_auto/a27d24_1e26198ed5174ec68ecda5a949e61b89~mv2.jpg)
Hafna drabi il- prezz iktar gholi jista jkun kagun li klijenti li setaw kienu interessati fil-propjeta, lanqas biss jigu biex jarawha. Minbarra hekk meta propjeta tkun irreklamata bi prezz gholi u mbad jibda jitnaqqas, hafna drabi dan jista jaghti x'jifhem li hemm problema biex tinbiegh u persuni li jkunu rawha bil-prezz l-originali iqisuh bhala nuqqas min-naha tal-agenzija li ppruvat tbieghilhom propjeta b'valur gholi izjed..
Ghalhekk tajjeb li ssir valuation tajba u prezz jinzamm pjuttost vicin ta dak originarjament deciz.
Dejjem ghandek tistaqsi l-agent kif wasal ghal valur tad-dar jew prezz tas-suq, ma liema propjeta qed iqabbilha u jekk inbieghux propjetajiet simili u fl-istess zona.
FOR OUR LATEST SELECTION OF PROPERTIES VISIT
www.fb.com/dhaliasalesletting (apartments and penthouses)
or
www.fb.com/housesinmalta (houses)
OR CALL ON +356 9974 3797